Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta
Fri, 27 Aug
|Valletta


Time & Location
27 Aug 2021, 20:30 GMT+2
Valletta, Fort St Elmo Il-Belt Valletta, Valletta VLT 1741, Malta
About the Event
Wara sena ġewwa, Inizjamed se terġa’ lura lejn il-beraħ tal-Forti Sant’Iermu biex ittella’ is-16-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura.
Għall-Festival se jkunu preżenti sitt awturi minn oriġini u residenzi varji. Il-bijonoti ta’ kull awtur jinsabu hawn.
Il-qari se jkun l-aktar bil-Malti u bl-Ingliż, imma jinqraw ukoll xi xogħlijiet qosra bil-lingwa oriġinali li nkitbu.
Il-letteratura se tiżżewwaq ukoll mal-mużika, permezz tal-kantawturi mistiedna u l-mużiċisti residenti.
Mad-dħul se tingħata tazza nbid tajjeb jew xi xarba oħra lil kull minn jattendi.
Is-sigurtà se tkun prijorità. Id-distanza soċjali se tiġi osservata b’mod strett u l-attendenza se tkun limitata. Il-Festival huwa aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. Kulħadd se jkun bilqiegħda, u l-maskri jridu jintlibsu kull ħin.